🗣 English | Eesti | Français | Lietuvių | Malti | Nederlands | Polski | Português | Română | Русский | Slovenian | Suomi | Türkçe
Servej tal-IGLYO dwar l-Edukazzjoni Inklussiva għal Studenti LGBTQI 2026: Għid l-Istorja Tiegħek biex Tagħmel l-Edukazzjoni Aktar Sigura għal Kulħadd!
Kulħadd għandu dritt għall-edukazzjoni però diversi studenti LGBTQI qed jiffaċċjaw rati għolja ta’ vjolenza, diskriminazzjoni u bullying fl-iskejjel. Dan għandu jieqaf.
Għalhekk, l-IGLYO, li hu l-ikbar netwerk fl-Ewropa li jaħdem fuq kwistjonijiet li jolqtu ż-żgħażagħ LGBTQI, qiegħed iniedi t-tieni edizzjoni tal-“LGBTQI Inclusive Education Survey” (“Servej tal-IGLYO dwar l-Edukazzjoni Inklussiva għal Studenti LGBTQI” bil-Malti) madwar l-Ewropa. Dan is-servej hu meqjus bħala l-aktar servej komprensiv tat-tip tiegħu fl-Ewropa.
Dan is-servej fuq xiex inhu?
Dan is-servej anonimu tal-IGLYO jistaqsi dwar l-esperjenzi riċenti jew kurrenti tiegħek bħala persuna żagħżugħa LGBTQI li marret jew qiegħda tmur l-iskola. Is-servej huwa miftuħ għal dawk li għadhom imorru l-iskola, dawk li gradwaw riċentement u anke għal dawk li kellhom jitilqu mill-iskola qabel ma lestew il-programm li kienu qed isegwi għal kwalunkwe raġuni.
Bħala kontenut, is-servej fih domandi fuq diversi suġġetti bħal policies tal-iskola, esperjenzi ta’ diskriminazzjoni u bullying, is-saħħa mentali u l-benesseri u r-rikonoxximent tal-ġeneru u l-inklużżjoni fl-iskola.
Min jista’ jimla dan is-servej?
Biex timla’ dan is-servej, irid ikollok bejn 15 u 24 sena, u trid tkun mort l-iskola f’pajjiż li jagħmel parti mill-Kunsill tal-Ewropa (ara l-lista ta’ pajjiżi hawn).
Għalfejn għandek timla dan is-servej?
Li timla’ dan is-servej hu importanti għax ir-riżultati tiegħu se jintużaw minn policymakers Ewropej u nazzjonali biex jittejjeb l-ambjent fl-iskejjel.
Permezz tas-servej, int tkun qed taqsam informazzjoni mal-IGLYO u l-organizzazzjonijiet membri madwar l-Ewropa biex ikunu jistgħu jaħdmu lejn sistemi edukattivi aktar siguri u li jinkludu aħjar iż-żgħażagħ LGBTQI waqt li jipprovdulhom appoġġ kif xieraq.
Wara li jinġabru r-risposti, l-IGLYO se jippublika rapport komprensiv bis-sejbiet prinċipali u rakkomandazzjonijiet konkreti, flimkien ma’ rapporti għal kull pajjiż biex jappoġġjaw ix-xogħol t’għaqdiet lokali li jaħdmu fuq l-edukazzjoni inklussiva għal studenti LGBTQI.
Bażikament, aħna nemmnu li l-vuċi tiegħek għandu s-saħħa li jgħin biex isseħħ il-bidla. Billi taqsam l-esperjenzi tiegħek magħna, inti tista’ tgħin biex titjieb is-sistema edukattiva madwar l-Ewropa biex kull student LGBTQI jkun jista’ jattendi l-iskola mingħajr vjolenza, diskriminazzjoni jew ebda forma ta’ biża’.
Allura, għinna billi timla’ s-servej!
Għinna billi timla’ s-servej sa t-30 ta' Settembru 2026 fuq din il-paġna.

Għinna nwasslu dan is-servej lil aktar nies!
Jekk m’intix student LGBTQI żagħżugħ jew gradwat riċenti, xorta tista’ tgħinna f’dan is-servej. Kif tista’ timmaġina, għandna bżonn ħafna risposti biex is-servej ikollu rappreżentazzjoni tajba ta’ kull pajjiż u biex nagħmlu impatt b’saħħtu fuq is-sistemi edukattivi Ewropej.
Għalhekk, inħeġġuk taqsmu ma’ studenti u żgħażagħ li taf. Tista’ wkoll tuża dan il-kit tal-komunikazzjoni li preparajna li jinkludi diversi posts u viżwali lesti biex tkun tista’ taqsam is-servej fuq il-pjattaformi tiegħek. Għandna bżonn il-kontribut ta’ kulħadd biex nibnu sistemi edukattivi li huma verament inklussivi u siguri għaż-żgħażagħ LGBTQI.
Dwar l-IGLYO
L-IGLYO huwa l-akbar netwerk fid-dinja li jaħdem fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw żgħażagħ u studenti LGBTQI. Hemm 150 organizzazzjoni membru f’40 pajjiż madwar l-Ewropa. Fost affarijiet oħra, l-IGLYO jaħdem biex jagħmel l-edukazzjoni aktar sigura u inklussiva għaż-żgħażagħ LGBTQI permezz ta’ ħidma mal-għaqdiet membri, esperti, għalliema, ġenituri u l-istudenti nfushom.
Bil-appoġġ ta'

Din l-istħarriġ hija kofinanzjata mill-Unjoni Ewropea u mill-Ministeru Olandiż għall-Edukazzjoni, il-Kultura u x-Xjenza. Madankollu, il-fehmiet u l-opinjonijiet espressi huma biss ta' IGLYO u ma jirrappreżentawx neċessarjament dawk tal-Unjoni Ewropea jew tal-Ministeru Olandiż. L-ebda waħda minnhom ma tista' tinżamm responsabbli għalihom.

Dikjarazzjoni dwar il-privatezza
Dan is-servej kif ġie ddiżinjat u kif se nipproteġu l-informazzjoni tiegħek?
Dan is-servej ġie żviluppat mill-IGLYO flimkien mal-Organizzazzjonijiet Membri u ġew użati riċerka u linji gwida eżistenti dwar kif għandha tiġi miġbura informazzjoni fuq l-ugwaljanza, inkluż prattiċi Ewropej fuq kif jiġu segwiti d-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza. Is-servej ġie ddiżinjat biex jassigura li l-esperjenzi taż-żgħażagħ LGBTQI jiġu miġbura b’mod sigur, relevanti u etiku waqt li jirrispetta l-prinċipji tal-parteċipazzjoni volontarja, il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data.
Is-servej hu kompletament anonimu. L-IGLYO ma jiġbor l-ebda informazzjoni li tista’ tintuża biex int tiġi identifikat inkluż ismek, l-indirizz postali, dettalji tal-kuntatt, cookies jew l-IP address tiegħek. Il-parteċipazzjoni tiegħek ma tistax tiġi assoċjata miegħek fl-ebda stadju. B’dan il-mod, qed niżguraw li s-servej huwa kompattibbli mal-prinċipji tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) għall-fini ta’ kif għandha tiġi proċessata d-data personali u kif għandha tiġi miġbura informazzjoni anonima għal skopijiet ta’ riċerka, statistika u avukatura.
Is-servej jistaqsik dwar l-esperjenzi tiegħek bħala persuna żagħżugħa LGBTQI li qiegħda jew kienet fis-sistema edukattiva. Oqsma trattati jinkludu esperjenzi ta’ inklużjoni, diskriminazzjoni, bullying, policies skolastiċi, benesseri u sapport. Hemm ukoll domandi volontarji dwar karatteristiċi bħall-orjentazzjoni sesswali, l-identità u l-espressjoni tal-ġeneru, il-karatteristiċi sesswali, l-età u informazzjoni demografika oħra. Dawn id-domandi qiegħdin hemm biex inkunu nistgħu nifhmu aħjar l-esperjenzi diversi tal-istudenti LGBTQI u biex inkunu nistgħu nidentifikaw l-inugwaljanzi li jaffetwaw gruppi differenti ta’ nies.
Ir-risposti kollha għas-servej se jiġu proċessati mill-IGLYO. L-aċċess għad-dataset anonimizzat se jkun limitat għall-IGLYO biex jintuża għal skopijiet ta’ riċerka u avukatura. Xi data anonimizzata tista’ tiġi maqsuma ma’ riċerkaturi li nafdaw bl-għan li jitejjeb l-għarfien tal-esperjenzi ta’ studenti LGBTQI madwar l-Ewropa. L-ebda informazzjoni li tista’ tidentifikak mhi se tiġi maqsuma.
Jekk għandek xi domandi dwar is-servej, il-protezzjoni tad-data jew il-parteċipazzjoni tiegħek, tista’ tikkuntattja l-IGLYO fuq research@iglyo.com.
